L-Istati Uniti teqred bank b’miljuni ta’ dollari tal-ISIS

Il-koalizzjoni mmexxija mill-Istati Uniti attakkat bank tal-Istat Iżlamiku fil-belt Iraqqina ta’ Mosul.
Skont kelliem għall-Istati Uniti, iż-żewġ bombi qerdu kompletament il-bank u miegħu, miljuni ta’ dollari tal-militanti.
Ikkonferma li fil-passat l-Istati Uniti tefgħet bombi fuq binjiet li fihom jinħażnu flus tal-Istat Iżlamiku, imma dan kien l-ikbar attakk tax-xorta tiegħu.
Hu stmat li l-Istat Iżlamiku jiġġenera mat-$80 miljun jew €74 miljun fix-xahar, l-iktar minn bejgħ ta’ żejt.