L-Istati Uniti tapprova leġiżlazzjoni li tappoġġja t-Tajwan

Il-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Istati Uniti aktar kmieni llum uriet l-appoġġ tagħha b’mod unanimu lejn leġiżlazzjoni li tappoġġja t-Tajwan. Pajjiż li qed ikollu jaffaċċja pressjoni militari u diplomatika miċ-Ċina.

Il-Kamra għaddiet il-leġiżlazzjoni filwaqt li qed ikomplu t-taħdidiet kummerċjali bejn Washington u Beijing. Dawn it-taħdidiet mistennija jieħdu x-xhur. Min-naħa tagħha ċ-Ċina ħabbret li l-Viċi Prim Ministru se jkun qed jivjaġġa lejn Washington din il-ġimgħa biex jipprova jwaqqaf milli ssir l-aħħar offerta ta’ ftehim dwar żieda qawwija fit-tariffi.