L-Istati Uniti takkuża liċ-Ċina b’serq t’informazzjoni personali tal-ħaddiema taċ-ċivil

L-Istati Uniti qed twaħħal f’hackers miċ-Ċina għall-aħħar attakk fuq is-sistemi tal-informatika u s-serq ta’ informazzjoni personali ta’ madwar 4 miljun ħaddiem taċ-ċivil fil-pajjiż.
L-uffiċċju Federali tar-riżorsi umani kkonferma li l-informazzjoni misruqa tolqot lill-impjegati ta’ bħalissa imma anke dawk ta’ snin ilu.
Iċ-Ċina wieġbet biss li l-Istati Uniti hi rresponsabbli li tipponta subgħajha lejha.
L-uffiċċju Federali qal li sar jaf bis-serq t’informazzjoni f’April li għadda u se jikkuntattja lil dawk kollha involuti u joffrilhom 18-il xahar ta’ servizz b’xejn marbut mal-ħarsien tas-serq tal-identità.