L-Istati Uniti ssaħħaħ il-preżenza tagħha fis-Sirja

Il-Pentagon qiegħda tressaq il-forzi tagħha dejjem aktar qrib is-Sirja hekk kif l-Istati Uniti qiegħda tevalwa s-sitwazzjoni ta’ konflitt f’dan il-pajjiż. Ir-rapporti fil-mezzi ta’ komunikazzjoni qegħdin jirrappurtaw li l-Bażi Navali tal-Istati Uniti qiegħda ssaħħaħ il-preżenza tagħha fil-Lvant tal-Mediterran.

Nhar il-Ġimgħa, il-President Barack Obama qal li l-allegazzjonijiet riċenti li saru din il-ġimgħa mill-Gvern Sirjan dwar l-użu tal-armi kimiċi huma ta’ tħassib kbir.

L-alleat ewlieni tas-Sirja, ir-Russja qalet li hemm xhieda li wara dan l-attakk kien hemm ir-ribelli. Madankollu, l-Oppożizzjoni Sirjana qalet li eluf mietu waqt ġlied mill-gvern fil-periferiji ta’ Damasku l-Erbgħa li għaddew.

Minkejja sejħiet minn diversi pajjiżi, s’issa m’hemm l-ebda sinjal li l-awtoritajiet Sirjana se jippermettu lit-tim ta’ spezzjoni tal-Ġnus Maqgħuda sabiex jispezzjonaw dawn l-allegazzjonijiet.