L-Istati Uniti se żżid is-sanzjonijiet kontra r-Russja

Il-Gvern Amerikan wissa li se jsaħħaħ is-sanzjonijiet ekonomiċi kontra r-Russja u akkuża lill-Gvern Russu li qed jibgħat il-forza militari fl-Ukraina.
Il-President Barack Obama reġa’ eskluda l-possibilità ta’ azzjoni militari Amerikana.
Obama qal li r-Russja qed tħeġġeġ il-vjolenza, qed tħarreġ is-separatisti u qed tagħtihom l-armi.
Spjega li lest ikompli juri l-appoġġ tal-Istati Uniti għall-Ukraina meta x-xahar id-dieħel se jilqa’ lill-President Ukren, President, Petro Poroshenko fil-White House.