L-Istati Uniti se tonora l-ftehim dwar l-immigranti li għamlet mal-Awstralja

L-Istati Uniti ikkonfermat li se tonora l-pjan għar-ripatriazzjoni tal-immigranti li kienet għamlet mal-Awstralja.
Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump darba kien sejjaħ dan il-pjan bħala “stupidu” u li permezz tiegħu, sa 1,250 persuna li jkunu qed ifittxu l-ażil lejn l-Awstralja jingħataw kenn fl-Istati Uniti. Il-Viċi President Amerikan Mike Pence qal li dan il-ftehim se jiġi onorat għalkemm mhux neċessarjament ammirat.
Huwa qal dan f’laqgħa li kellu mal-Prim Ministru Awstraljan Malcolm Turnbull.
L-Awstralja kienet b’mod kontroversjali ħafna, aċċettat lir-refuġjati li fil-parti l-kbira tagħhom huma rġiel mill-Iran, l-Afganistan u l-Iraq.