L-Istati Uniti se toħroġ minn laqgħa mmexxija mis-Sirja dwar it-tneħħija tal-armi

L-Istati Uniti se tkun qed tqum u toħroġ minn laqgħa bi protesta tal-Presidenza Sirjana fil-Konferenza dwar it-Tneħħija tal-Armi Militari fi ħdan il-Ġnus Magħquda, skont l-ambaxxatur tal-Istati Uniti Robert Wood.
“F’xi ħin dalgħodu se nkunu qed noħorġu u se nieħdu aktar azzjoni li se tkunu tistgħu taraw matul il-Presidenza Sirjana, nitlobkom tkomplu ssegwi dak li qed jiġri” qal Wood.
Żied jgħid li Washington ma ppjanatx bojkott għall-presidenza li se ddum erba’ ġimgħat. Però, Washington trid iżżomm lis-Sirja responsabbli għall-użu tal-armi kimiċi.
Ritratt: Reuters