L-Istati Uniti se tibgħat 500 suldat ieħor fl-Iraq

Skont il-Wall Street Journal, l-Istati Uniti se tibgħat 500 suldat ieħor fl-Iraq biex iħarrġu lis-suldati tal-post kontra l-militanti tal-Istat Iżlamiku.
Il-ġurnal spjega li l-President Amerikan Barack Obama ltaqa’ mal-Prim Ministru Iraqi Haider al Abadi, waqt il-laqgħat tal-G7 il-ġimgħa li għaddiet, u ftehmu li jsaħħu l-preżenza militari fuq l-art.
Dawn mistennija jingħaqdu mat-3,000 suldat ieħor Amerikan fil-post li kollha għandhom ir-rwol li jħarrġu, mhux li jiġġieldu.
L-iskop tal-preżenza Amerikana jibqa’ li l-belt ta’ Ramadi terġa’ tittieħed lura minn idejn il-militanti li jitkeċċew mill-provinċja sħiħa ta’ Anbar.