L-iStati Uniti: se jneħħu l-istampi dwar is-saħħa minn fuq il-pakketti tas-sigaretti

Il-kumpaniji l-kbar li jimmanifatturaw it-tabakk bħalissa jinsabu kuntenti. Filwaqt li s-sindku ta’ New York, Michael Bloomberg qed jitlob biex il-pakketti tas-sigaretti ma jkunux viżibbli ħafna fuq l-ixkafef tal-ħwienet, il-Food and Drug Administration iddeċidiet li fuq il-pakketti tas-sigaretti ma jibqax ikun hemm stampi dwar il-konsegwenzi ħżiena tat-tabakk.
Dan wara li l-Food and Drug Administration, li hi aġenzija tal-gvern tal-Istati Uniti, ilha għal dawn l-aħħar snin għaddejja b’battalja legali kontra l-manifatturi tas-sigaretti, li qatt ma riedu li fuq is-sigaretti jkun hemm dawn l-istampi.
Minflok stampi, fuq is-sigaretti li jinxtraw u mmanifatturati fl-Istati Uniti se jkun hemm biss kitba.
Skont statistika miġbura fl-Istati Uniti jidher li t-tipjip joqtol 443,000 persuna Amerikana fis-sena. Jirriżulta wkoll li fl-1965 kien hemm 42% tal-adulti Amerikani li jpejpu filwaqt li fl-2011 niżlu għal 19%.