L-Istati Uniti se ‘jieħdu l-ismijiet’ ta’ dawk li jopponuhom

L-Istati Uniti se jkunu qed “jieħdu l-ismijiet” ta’ dawk il-membri tal-Ġnus Magħquda li jopponu r-rikonoxximent ta’ Ġersusalemm bħala l-kapitali ta’ Iżreal waqt vot li mistenni jittieħed għada waqt l-Assemblea Ġenerali.
L-Ambaxxatur tal-Istati Uniti Nikki Haley wissa’ li l-President Donald Trump se jkun qed isegwi l-vot b’reqqa u staqsih biex jirrappurtalu dawk il-pajjiżi li jkunu vvutaw kontra.
It-twissijiet bdew wara li l-Istati Uniti ġew iżolati b’14-il vot kontra wieħed f'vot f’Washington li talab lil Trump jirtira r-rikonoxximent tiegħu ta' Ġerusalemm bħala l-kapital ta’ Iżrael.
Is-sessjoni ta' emerġenza se ssir għada mal-193 membru tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda. Il-votazzjoni f’din il-laqgħa m’għandhix irbit legali iżda għandha piż politiku.
Il-Gvern Malti kien diġa ħabbar li ma jaqbilx li Ġerusalemm għandha tkun rikonoxxuta bħala l-kapitali ta’ Iżrael. Kemm il-Gvern kif ukoll l-Oppożizzjoni kienu qabblu li l-aħjar soluzzjoni tkun li l-Lvant ta’ Ġerusalemm ikun tal-istat futur tal-Palestina u l-Punent tal-istat Iżraeljan preżenti.