L-Istati Uniti milquta mill-agħar maltempata bis-silġ f’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin

Maltempati qawwija ta’ silġ qed jolqtu lill-Istati Uniti hekk kif dawn qed iwasslu għal qtugħ fil-provvista tad-dawl u qed joħolqu konfużjoni fit-toroq. L-aktar li qed jinħassu dawn il-maltempati bis-silġ huma f’Massachusetts, Rhode Island, New York, Connecticut u Maine fejn qed isiru appelli sabiex ħadd ma joħroġ mid-dar.
Skont il-meterjoloġisti, din il-maltempata tista’ tkun l-agħar waħda li laqtet lill-Istati Uniti fl-aħħar għexieren ta’ snin.

Il-linji tal-ajru ikkanċellaw ‘il fuq minn 4,300 titjira fosthom dawk lejn u minn ajruporti ta’ New York City. Għadd ta’ servizzi tal-ferrovija ukoll ġew sospiżi.
Persuni li jgħixu fiż-żoni milquta ġew imwissija biex ma joħorġux fit-toroq u jaraw li jkollhom biżżejjed provvisti tal-ikel fi djarhom.

Madwar 25 miljun persuna qed jintlaqtu minn din il-maltempata bis-silġ.