L-Istati Uniti lesti li jkomplu bid-diskussjoni mal-Korea ta’ Fuq

L-Istati Uniti qalet li huma lesti li jkomplu bid-diskussjonijiet mal-Korea ta’ Fuq wara li Pyongyang wiegħed li se jżarma l-faċilitajiet tal-missili filwaqt li ta x’jifhem li kien se jagħlaq kumpless nukleari jekk Washington jieħu xi azzjonijiet li għadhom mhux magħrufa.

Is-Segretarju tal-Istati Uniti qal li hu kien stieden lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Korea ta’ Fuq bil-għan li jiżżarmaw il-faċilitajiet nukleari sas-sena 2021.