L-Istati Uniti lesta tuża forzi militari kontra l-Korea ta’ Fuq

L-Istati Uniti qalet li jekk ikun hemm bżonn lesta tuża l-forzi militari tagħha kontra l-Korea ta’ Fuq.
Dan wara li lbieraħ, il-Korea ta’ Fuq ippruvat missilla ballistika li tista’ tasal sal-Alaska.
L-ambaxxatur tal-Istati Uniti, Nikky Haley, qalet li reżoluzzjoni oħra kontra Pyongyang se tkun qed tiġu kkunsidrara min-Nazzjonijiet Uniti.
Haley iddeskrivit l-aħħar prova bil-missilla bħala eskalazzjoni militari u heddet li jistgħu jidħlu fis-seħħ restrizzjonijiet ta’ kummerċ mal-Korea ta’ Fuq.
Intant, sigħat wara li tkellmet, kemm l-Istati Uniti u anke l-Korea ta’ Isfel numru ta’ missilli fi-baħar tal-Ġappun bħala parti mit-taħriġ.
Pyongyang wieġbet li mhux lesta tinnegozja sakemm l-Istati Uniti ttemm il-“pożizzjoni ħarxa” tagħha fuq il-Korea ta’ Fuq.