L-Istati Uniti joqtlu l-mexxej tal-ISIS

Il-Pentagon qalet li attakk mill-ajru tal-Istati Uniti qatel lill-mexxej tal-Istat Iżlamiku fil-Libja.
Abu Nabil, li hu mill-Iraq u li hu magħruf bħala Wissam Najm Abd Zayd al-Zubaydi għal żmien twil ħadem ma’ al-Qaeda.
L-attakk seħħ nhar il-Ġimgħa flgħaxija iżda ma ngħata ebda dettall dwar fejn seħħ.
Minkejja dan, il-Pentagon iċċara li l-attakk kien awtorizzat u li seħħ qabel l-attakki terroristiċi ta’ Pariġi. Saħqet ukoll li m’hemm ebda rabta bejn it-tnejn.