L-Istati Uniti jonfoq $9 miljun kuljum fil-kampanja kontra l-Istat Iżlamiku

Il-Gvern tal-Istati Uniti qed jonfoq aktar minn $9 miljun kuljum fi ġlied kontra l-Istat Iżlamiku u s’issa nefaq xejn inqas minn $2.7 biljun f’kampanja kontrihom.
Il-koalizzjoni militari ilha tagħmel attakki mill-ajru fl-Iraq u s-Sirja minn Awwissu li għadda.
Skont statistika li ħarġet l-Armata Amerikana, żewġ terzi mill-infieq kollu mar fuq il-forzi tal-ajru.
Din l-aħbar ħarġet ftit biss wara li l-kungress Amerikan irrifjuta liġi li twaqqaf aktar infieq f’din il-kampanja.