L-Istati Uniti fil-qrib li jirtiraw it-theddida ta’ attak militari fuq is-Sirja

L-Istati Uniti u r-Russja jinsabu fil-qrib ta’ ftehim hekk kif it-taħdidiet dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja daħlu fit-tielet jum. Is-Segretarju tal-Istat Amerikan John Kerry u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu Sergei Lavrov qegħdin jiltaqgħu f’ Ġinevra sabiex isir qbil dwar il-pjan kif is-Sirja se tkun qed iżżarma l-armamenti kollha u tippreżentahom taħt kontroll Internazzjonali.

Fid-dawl ta’ dan, l-Istati Uniti qed tirtira t-theddida ta’ intervent Militari hekk kif anke is-Sirja jidher li qed tikkunsidra serjament il-parir tar-Russja sabiex twaqqaf l-użu ta’ armi kimiċi.

Intant is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda Ban Ki Moon iktar kmieni ħabbar li r-rapporti juru biċ-ċar l-użu ta’ armi kimiċi mir-reġim ta’ Bashar al-Assad.