L-Istati Uniti diżappuntata iżda mhux sorpriża bir-reazzjoni tar-Russja

L-Istati Uniti esprimiet id-diżappunt tagħha, iżda qalet li mhijiex sorpriża bir-reazzjoni tar-Russja dwar l-attakk Amerikan bil-missili fuq is-Sirja.
Tal-inqas sitt persuni huma rrappurtati li nqatlu fl-attakk tal-Isati Uniti bil-missili fis-Sirja lbieraħ. Ir-Russja, li hija alleata tas-Sirja, akkużat lill-Istati Uniti li qed tipprovoka atti terroristiċi b’dawn l-attakki.
Is-Segretarju tal-Istat Amerikan Rex Tillerson qal li huwa diżappuntat b’din ir-reazzjoni, għax tikkonferma l-appoġġ Russu lejn ir-reġim ta’ Assad.
Intant ir-Russja wiegħdet li se ssaħħaħ id-difiża Sirjana billi tipprovdilhom iktar ajruplani.