L-Istat tal-Bavarja se jpoġġi slaleb fil-bini pubbliku kollu

Il-Gvern reġjonali tal-Bavarja, fil-Ġermanja, ordna li jitpoġġew slaleb fid-daħla ta’ kull bini amministrattiv pubbliku.
L-amministrazzjoni konservattiva tal-pajjiż qalet li s-slaleb għandhom jirriflettu l-identità kulturali u l-influwenza Kristjana tar-reġjun. Id-deċiżjoni ttieħdet nhar it-Tlieta li għadda.
F’dan l-istat predominantement Kattoliku, diġà hu obbligu li l-iskejjel pubbliċi u l-awli tal-qorti jkun fihom salib fil-bibien tagħhom.  Ir-reġjun hu mmexxi mis-CSU, li hu s-sieħeb tad-Demoratiċi Kristjani ta’ Angela Merkel, il-Kanċillier Ġermaniż.
Din id-deċiżjoni ttieħedet wara l-elezzjoni federali ta’ Settembru li għadda li fiha l-partit populista Alternativ fur Detuchland, li hu kontra l-immigrazzjonim ra titjib fl-appoġġ mill-poplu.
Horst Seehofer, l-eks-Prim Ministru tal-Bavarja li llum hu l-Ministru tal-Intern tal-Ġermanja, qed jinsisti mal-Gvern ta’ Merkel għal kontrolli aktar stretti fuq l-immigrazzjoni.
Wara l-elezzjoni ta’ Viktor Orban fl-Ungerija aktar kmieni dan ix-xahar, il-Ministru tal-Intern Ġermaniż wissa li l-Unjoni Ewropea wriet arroganza u paternaliżmu ma’ stati bħall-Ungerija.
Il-President attwali tal-Bavarja, Markus Soder, qed isostni l-linja konservattiva u ddikjara li “ħaġa waħda hi ċara għas-CSU: post il-kurċifiss hu fil-klassi, l-uċuħ mgħottija le”.