L-istat ta’ White Flag Beach għall-bajja ta’ Mġarr ix-Xini

Il-bajja ta’ Mġarr ix-Xini hi l-ewwel bajja Għawdxija li ngħatat l-istat ta’ White Flag Beach. Il-bandiera white flag hi simbolu li l-bajja u l-madwar ġie mnaddaf minn kull tip ta’ plastic u materjal ieħor li jintrema l-baħar u li mhux degredabbli.

MGOZ / Terry Camilleri

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li dan it-tragward jawgura tajjeb għal kull min juża l-bajja ta’ Mġarr ix-Xini però rridu nkomplu naħdmu biex aktar bajjiet ikunu nodfa. Filwaqt li rringrazzjat lill-ħaddiema fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex li huma responsabbli mill-bajjiet, il-Ministru Caruana qalet kif din l-inizjattiva ser tinfirex f’żewġ bajjiet popolari oħra, dik ta’ Marsalforn u ta’ Daħlet Qorrot fin-Nadur.

Caruana qalet li l-ħsieb hu li fi ftit snin, il-bajjiet kollha f’Għawdex ikunu klassifikati bħala White Flag Beaches.

MGOZ / Terry Camilleri

Is-Sur Kristijan Curavić, fundatur ta’ White Flag International faħħar lil Għawdex u iddeskrivieha bħala ġojjel. Hu qal li bi ftit sforz mingħand kulħadd, nassiguraw li kemm l-ambjent marittimu kif ukoll il-bajjiet tagħna jkunu aktar b’saħħithom u siguri biex jitgawdew mill-ġenerazzjonijiet futuri.