L-istat ta’ emerġenza tas-saħħa jintemm fit-30 ta’ Ġunju

Mater Dei

Read in English.

Id-dikjarazzjoni tal-emerġenza tas-saħħa pubblika se tintemm fit-30 ta’ Ġunju.

F’avviż legali ppubblikat ilbieraħ il-Ministeru għas-Saħħa flimkien mas-Supretendent għas-Saħħa Pubblika ddikjaraw li l-istat ta’ emerġenza jiġi fi tmiem fit-30 ta’ Ġunju. Il-Ħadd li għadda waqt intervista l-Prim Ministru Robert Abela qal li l-istat ta’ emerġenza kien se jitneħħa ftit sigħat wara li kellu jieqaf jitkellem dakinhar.

Fl-avviż legali tat-Tnejn, il-Gvern qal ukoll li fit-30 ta’ Ġunju għadd ta’ avviżi legali li nħarġu qabel mhux se jibqgħu fis-seħħ. Dawn jinkludu dawk tal-għeluq tal-iskejjel, tas-sospensjoni tal-ħin legali, u tan-numru ta’ persuni f’postijiet pubbliċi.

F’avviż legali ieħor ippubblikat it-Tnejn, is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika qalet li n-nies jistgħu jsiefru minn u lejn 22 pajjiż mill-1 ta’ Lulju.

Dawn huma:

  • L-Awstrija
  • Ċipru
  • Ir-Repubblika Ċeka
  • Id-Danimarka
  • L-Estonja
  • Il-Finlandja
  • L-Ungerija
  • L-Iżlanda
  • L-Irlanda
  • Il-Ġermanja
  • Il-Latvja
  • Il-Litwanja
  • Il-Lussemburgu
  • In-Norveġja
  • L-Italja
  • Franza
  • Is-Slovakkja
  • L-Iżvizzera
  • Il-Greċja
  • Il-Kroazja
  • Spanja
  • Il-Polonja

Illum Malta reġistrat 6 każi ġodda ta’ coronavirus. Intant fiqu 5 persuni oħra.