L-Istat Iżlamiku joqtol 21 Nisrani Sirjan

Rapporti qed jgħidu li l-Istat Iżlamiku qatel numru ta’ Nsara Sirjani fil-belt ta’ al-Qaryatain.
Skont il-mexxej tal-Knisja Ortodossa Sirjana, il-militanti qatlu minn tal-inqas 21 persuna waqt li madwar 300 Nisrani baqgħu fil-belt meta din intrebħet mill-Istat Iżlamiku f’Awwissu li għadda.
F’kummenti lil BBC, il-Patrijarka Ignatuis Aphrem II qal li fost il-mejta kien hemm ukoll tliet nies.
Huwa spjega li wħud minnhom inqatlu waqt li ppruvaw jaħarbu filwaqt i l-oħrajn inqatlu għax ma aċċettawx li jobdu t-tmexxija Iżlamika.
Il-Patrijarja qal ukoll li waslu għandu twissijiet li l-Istat Iżlamiku ppjana biex il-bniet Insara jinbiegħu bħala skjavi.
“Aħna għexna f’din is-sitwazzjoni għal sekli sħaħ u tgħallimna kif nirrispettaw lil xulin,” qal il-Patrijarka. “Nistgħu nerġgħu nibdew ngħixu flimkien, jekk nitħallew nagħmlu dan.”
Il-belt reġgħet intrebħet lura minn forzi Sirjani bl-għajnuna ta’ forzi Russi. Dawn sabu l-belt fi stat diżastruż b’monasteru tas-sorijiet, li għandu ‘l fuq minn 1,500 sena, imfarrak.