L-Istat Iżlamiku jitqies bħala l-aktar grupp terroristiku sinjur fid-dinja

L-Istat Iżlamiku IS huwa l-iktar grupp terroristiku sinjur fid-dinja.
Skont is-sit BusinessInsider.com, il-flus qed iġibhom l-aktar permezz ta’ bejgħ illegali ta’ żejt li jlaħħaq iż-żewġ miljun dollaru Amerikan kuljum. 
Dan wara li akkwista b’mod illegali diversi raffineriji li jipproduċu 25,000 barmil taż-żejt kuljum.
Billi ż-żejt ma jistax jinbiegħ b’mod legali fuq is-swieq finanzjarji, l-IS ibiegħu dan iż-żejt bi prezz imraħħas.

Dħul sostanzjali ieħor jiġi mill-ħtif ta’ persuni, minn serq u donazzjonijiet oħra.
Illum l-Istat Iżlamiku għandu fortuna ta’ 2 biljun dollaru Amerikan.
Dak li jiddistingwih minn gruppi terroristiċi oħra, hija l-kapaċità li jaddatta malajr għall-bidliet militari u ekonomiċi.
Dan isir permezz ta’ struttura intelliġenti, dinamika u dixxiplinata fit-tmexxija.