L-Istat Iżlamiku jieħu responsabbiltà tal-qtil ta’ ġeoloġista Kanadiż

L-Istat Iżlamiku kien dak li ħataf u qatel ċittadin Kanadiż f’Burkina Faso f’Jannar li għadda skont il-gazzetta tal-Istat Iżlamiku Al-Naba. Il-gazzetta qalet li l-grupp estremista ħa responsabbilità tal-qtil iżda ma pprovdiex evidenza.

Il-ġisem ta’ Kirk Woodman instab fis-16 ta’ Jannar, jumejn wara li nħataf minn madwar 12-il persuna armata minn minjiera operata mill-kumpanija bbażata f’Vancouver, Progress Minerals. Skont uffiċjali ta’ Burkina Faso, Woodman kien qala’ xi tiri u ntrema f’żona li skont il-Gvern qed tiġi mhedda dejjem aktar mill-Istat Iżlamiku. Qabel ma ħa r-responsabbiltà l-grupp militanti kien għadu mhux magħruf min seta’ kien responsabbli.

L-artiklu ppubblikat fil-gazzetta jagħti dettall kbir tal-ħidma ta’ ħtif u qtil tal-ġeoloġista Kanadiż u miegħu hemm mehmuż ritratt ta’ dik li sostnew hija l-liċenzja tal-karozza ta’ Woodman.