L-Istat Iżlamiku jattakka żewġ impjanti taż-żejt fil-Libja

L-Istat Iżlamiku attakka żewġ impjanti taż-żejt fil-Libja bin-nirien jinfirxu lejn it-tankijiet il-kbar li hu maħsub li kellhom 400,000 barmil żejt kull wieħed.
Skont rapporti internazzjonali, in-nirien għadhom qed jaqbdu f'Sidra u Ras Lanouf, fil-kosta ta' bejn Sirte u Bengażi.
Uffiċjali qalu li għaxar gwardji nqatlu minn meta l-ISIS attakkaw il-portijiet fl-inħawi nhar it-Tnejn li għadda.
Madanakollu, 30 militant ġew salvati flimkien mal-vetturi militari tagħhom.