L-Istat Iżlamiku b’attakk terroristiku fl-Afganistan

L-Istat Iżlamiku iddikjara li huwa responsabbli għal attakk suwiċida fuq moskea Musulmana fil-Lvant tal-Afganistan li ħalla 39 persuna mejta u weġġgħa lil 80 oħra.

F’dikjarazzjoni mill-aġenzija tal-aħbarijiet Amaq, il-grupp qal li madwar 150 ruħ u membri tal-forzi tas-sigurtà ġew maqtula jew midruba fl-attakk tal-Ġimgħa fil-belt ta’Gardez fil-provinċja ta’ Paktia, iżda taw biss ftit dettalji dwar kif sar l-attakk.