L-istaġun tal-kaċċa propost mill-ORNIS bejn l-10 u t-30 t’April

Illum iltaqa’ għall-ewwel darba l-Kumitat ORNIS wara li ġie ffurmat mill-ġdid aktar kmieni din il-ġimgħa.

Il-Kumitat ORNIS iddiskuta d-deroga tal-kaċċa fir-Rebbiegħa u qed jirrikomanda li għal din is-sena l-istaġun ikun tul l-aħħar tliet ġimgħat t’April, jiġifieri jiftaħ nhar il-Erbgħa 10 ta’ April u jagħlaq nhar it-Tlieta 30 ta’ April.

Aktar tard, intqal li l-Ministeru se jistudja din ir-rakkomandazzjoni u se jistipula uffiċjalment id-dati tal-istaġun għall-kaċċa fir-rebbiegħa.

Mitluba jagħtu kummenti lill-media, uffiċjali tal-FKNK għażlu li ma jikkummentawx.

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.