L-istaġun tal-atletika jilħaq il-qofol bil-Kampjonati Nazzjonali Cavalieri Art Hotel

Ritratt: Wally Galea

Read in English.

L-istaġun tal-atletika Maltija, aktarx wieħed mill-itwal u l-aktar iebes fl-istorja riċenti, se jilħaq l-qofol tiegħu fi tmiem il-ġimgħa bil-Kamponati Nazzjonali Cavalieri Art Hotel għas-sena 2020, organizzati mill-Malta Amateur Athletics Association (MAAA).

Din il-kompetizzjoni ewlenija tal-Assoċjazzjoni, se tinkludi 34 avveniment, u se tkun ix-xenarju ta’ numru ta’ sfidi eċitanti, b’uħud mill-aqwa atleti f’pajjiżna jfittxu li jniżżlu isimhom fil-kotba tal-istorja billi jiksru rekords nazzjonali jew tal-kategoriji differenti.

Aktarx waħda mill-aktar sfidi interessanti hija dik fuq id-distanza tal-5000m, fejn mistenni dwell eċitanti bejn Charlton Debono, detentur ta’ bosta rekords, u l-istilla emerġenti Dillon Cassar.

L-isprint tal-100m tibqa’ dixxiplina ewlenija f’kull avveniment tal-atletika b’Luke Bezzina u Jacob El Aida Chaffey it-tnejn jirreġistraw l-aqwa ħinijiet dan l-istaġun fuq din id-distanza. Fost in-nisa Claire Azzopardi u Carla Scicluna qed ifittxu li jinżlu għall-ewwel darba taħt it-12-il sekonda.

Atleti oħra li se jkunu qed ifittxu li jilħqu fruntieri ġodda u li se jwettqu tentattiv ieħor għal rekords importanti huma Luca Martini fit-tfigħ tal-hammer, Daniel Saliba fil-110m hurdles, Claire Azzopardi fil-long jump u t-triple Jump u Janet Richard fl-400m.

Fid-dawl tal-aħħar żviluppi marbuta mal-pandemija tal-Covid-19 f’pajjiżna, u wara l-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet tas-saħħa, l-MAAA ħadet id-deċiżjoni responsabbli li torganizza dan l-avveniment bil-bibien magħluqa. Madankollu, l-Assoċjazzjoni se tkun qed tipprovdi striming dirett ta’ dan l-avveniment biex jitgawda mill-entużjasti kollha.

Il-President tal-MAAA Andy Grech qal: “Din kienet sena iebsa għall-isport kollu. Minkejja l-ostakli kollha li ltqajna magħhom, ninsabu kburin li se nipprovdu dak li nemmnu se tkun esperjenza memorabbli fl-atletika. Għall-atleti dan kien wieħed mill-aktar staġuni diffiċli li qatt kellhom, b’mod partikolari biex jibqgħu f’kundizzjoni fiżika tajba f’perjodu meta t-tracks u l-istabbilimenti tal-fitness kienu kollha magħluqa. Għalhekk dawn il-kampjonati huma ċelebrazzjoni tat-tenaċità u d-dedikazzjoni, u qed nistenna li nara riżultati mill-aqwa fi tmiem din il-ġimgħa”.

Programm – Kampjonati Nazzjonali Cavalieri Art Hotel

Jum 1 –  L-Erbgħa 19 ta’ Awwissu 2020

Jum 2 – Is-Sibt 22 ta’ Awwissu 2020

Jum 3 – Il-Ħadd 23 ta’ Awwissu 2020

GruppIrġiel / NisaAvvenimentRawndsJumR1Time
U18FWomens’ Steeplechase1118:00
ALLMMens’ Steeplechase1118:20
ALLMMens’ 100002118:50
ALLFWomens’ 100001119:40
      
ALLMMens’ 1003,1216:30
ALLMFHigh Jump1216:45
ALLFWomens’ 1002,1216:50
ALLFWomens’ 4002217:10
ALLMFHammer Throw1217:15
ALLMMen’s 4002217:20
ALLMFTriple Jump1217:30
ALLMMens’ 15001217:35
ALLFWomens’ 15001217:45
ALLMFJavelin Throw1218:15
ALLFWomens’ 100Final218:50
ALLMMens’ 100Final319:00
ALLFWomens’ 4 x 4001219:20
ALLMMens’ 4 x 4001219:30
      
ALLFWomens’ Hurdles1316:30
ALLMFShot Putt1316:40
ALLMMens’ Hurdles1316:40
ALLMMens’ Hurdles1316:50
ALLFWomens’ Hurdles1316:55
ALLMMen’s 8001317:05
ALLFWomen’s 8001317:15
ALLMFDiscus Throw1317:20
ALLMFLong Jump1317:20
ALLFWomens’ 50001318:15
ALLFWomens’ 2002318:45
ALLMMens’ 2003318:55
ALLFMens’ 50001319:05
ALLFWomens’ 4×1001319:40
ALLMMens’ 4×1001319:45

Dan it-tagħrif twassal mill-Malta Amateur Athletic Association.