Nhar is-Sibt 25 ta’ Lulju, il-MAAA se tkun qed torganizza s-sitt u l-aħħar meeting għall-atleti żgħażagħ fil-kategoriji ta’ taħt it-12 u l-14-il sena, wara xhur ta’ dedikazzjoni u preparamenti.
F’dan l-appuntament, se jkun hemm total ta’ 20 avveniment, bi sprints ta’ bejn 60m u 300m, kif ukoll long jumps u discus u ball throws. Barra minn hekk, se jkun hemm tellieqa addizzjoanli ta’ 1,200 metru steeplechase riservata għal tfajliet u ġuvintur taħt is-16-il sena.
L-avveniment tas-Sibt se jservi ta’ opportunità unika għall-atleti emerġenti f’pajjiżna biex jagħtu spinta finali fit-tħejjija tagħhom għall-Kampjonati Nazzjonali tax-xahar id-dieħel fejn imbagħad se jkunu qed jikkompet għall-midalji u post fuq il-podju. Għall-Under 12s, din se tkun l-aħħar opportunità biex jiksbu ħin jew distanza li permezz tagħha jkunu jistgħu jiġu kkunsidrati għall-Iskola Nazzjonali tal-Isport.
Wara prestazzjonijiet impressjonanti aktar kmieni dan ix-xahar, l-għajnejn kollha se jkunu fuq Elai Borg u Thea Grech, li fl-ewwel ħarġa kompetittiva tagħhom wara l-pandemija kisbu tripletta kull wieħed. It-tnejn, filfatt, rebħu t-tellieqa rispettiva tas-60m u t-300m, li magħhom Borg żied ukoll il-long jump u Grech il-ball throw.
Fost l-Under 14s, Thomas Grech, Liam Falzon, Lyon Falzon u Andrea Incorvaja fost is-subien, u t-twins Shoemake fost il-bniet se jkunu l-ismijiet li mistennija jkunu fost il-protagonisti ta’ dan l-avveniment.
Dan il-meeting se jsir fil-Matthew Micallef St John Track fil-Marsa u jibda fl-4.45 ta’ wara nofsinhar. Il-programm kollu jsegwi hawn taħt. L-avveniment, li għalih hija mistennija attendenza sabiħa fost ġenituri, kowċis, membri tal-komunità tal-atletika u entużjasti sportivi, hu miftuħ għall-pubbliku mingħajr ebda ħlas.
Programm MAAA 25 ta’ Lulju 2020 – Young Athletes Meeting 6
Numru | Kategorija | Isem | Ħin |
1 | U16B | Boys’ Steeplechase | 16:45 |
2 | U12B | Boys’ Ball Throw | 16:45 |
3 | U16G | Girls’ Steeplechase | 16:55 |
4 | U14B | Boys’ 75 Hurdles | 17:00 |
5 | U14G | Girls’ 70 Hurdles | 17:00 |
6 | U12G | Girls’ Ball Throw | 17:05 |
7 | U12B | Boys’ 60 | 17:20 |
8 | U12G | Girls’ 60 | 17:35 |
9 | U14B | Boys’ Long Jump | 17:45 |
10 | U12G | Girls’ Long Jump | 17:45 |
11 | U14B | Boys’ Discus Throw | 18:00 |
12 | U14G | Girl’s Discus Throw | 18:00 |
13 | U14G | Girls’ Long Jump | 18:20 |
14 | U12B | Boys’ Long Jump | 18:20 |
15 | U14B | Boys’ 1200 | 18:50 |
16 | U14G | Girls’ 1200 | 19:00 |
17 | U12G | Girls’ 300 | 19:10 |
18 | U12B | Boys’ 300 | 19:30 |
19 | U14B | Boys’ 300 | 19:45 |
20 | U14G | Girls’ 300 | 20:00 |
Din l-informazzjoni twasslet mill-Malta Amateur Athletic Assosciation (MAAA).