L-Istaġun festiv mal-kor Gaulitanus

Il-Kor Gaulitanus se jippreżenta “Yuletide Bliss”, mini-series ta’ 3 kunċerti varji bejn l-Milied u l-ewwel tas-sena.

Minkejja li ċertu mpenji regolari tal-kor ma setgħux isiru minħabba l-pandemija, l-Kor Gaulitanus xorta għamel l-għalmu tiegħu biex itejjeb l-ispirtu festiv tal-kommunita filwaqt li josserva b’retta l-misuri ta’ saħħa. Għaldaqstant se jippreżenta “Yuletide Bliss”, mini-series ta’ 3 kunċerti varji bejn l-Milied u l-ewwel tas-sena. 

L-ewwel kunċert hu “Strings in Concert”. Il-Gaulitanus String Orchestra mmexxija minn Marcelline Agius u diretta minn Colin Attard se tippreżenta xogħlijiet klassiċi magħrufa ghal orkestra tal-korda, bħal ma huma “Eine Kleine Nachtmusik” ta’ Mozart, il-concerto grosso ta’ Jenkins “Palladio”, u “A Christmas Suite” ta’ Rowley. Il-kunċert se jittella’ fil-knisja parrokkjali ta’ Sannat nhar il-Ħadd 27 ta’ Diċembru fis-7.30pm-

Fit-tieni kunċert se jittella’ mill-vjolinista Ghawdxi Pieere Louis Attardy l-pjanista Serba Milica Lawrence. Intitolat “Folk-Inspired: A Violin-Piano Recital”, il-kunċert se jikkonsista b’bċejjeċ klassiċi nteressanti ferm inspirati mill-idjoma folkloristika ta’ bosta pajjizi, inkluża Malta.  Dan se jsir fil-lukanda Kempinski San Lawrenz  nhar it-Tlieta, 29 ta’ Diċembru fis-7-30pm..

Din il-mini-series tagħlaq bid-9 edizzjoni ta’ “A New Year’s Toast”, li bħal dejjem se tkun fl-ewwel ta’ Jannar. Il-Kor Gaulitanus, tbejn mis-soprani solisti tiegħu, Anna Bonello u Patricia Buttigieg, is-sopran mistiedna Georgina Gauci u l-vjolinista Pierre Louis Attard se jingħaqdu taħt id-direzzjoni ta’ Colin Attard u jippreżentaw numru ta’ bċejjec vokali u strumentali addattati għal dan iż-żmien. Minħabba r-ristrezzjonijiet did-darba din l-attivita se tittella’ fil-knisja parrokkjali t’Għajnsielem fis-7.30pm.

“Yuletide Bliss” se jkun taħt id-direzzjoni artistika ta’ Colin Attard u ssapportjat mill-Cultural Heritage Directorate tal-Ministeru ghal-Għawdex.  

Ghal dil-mini-series de jigu osservati l-miżuri kollha ta’ saħħa pubblika stabbiliti mill-awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika. Filwaqt li d-dħul hu b’xejn, il-postijiet se jkunu limitati. Għaldaqstant hu meħtieġ li wieħed jibbukkja fuq gaulitanus@gmail.com fejn anke jagħti d-dettalji tiegħu.