​“L-istabbiltà fl-Afrika tgħin l-immigrazzjoni” – Carmelo Abela

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela qal li listabbiltà u s-sigurtà fl-Afrika huma l-elementi ewlenija li joffru pjattaforma ta’ investiment.  
Waqt laqgħa mal-Kummissarju Ewropew responsabbli mill-Għajnuna Umanitarja u l-Immaniġġjar tal-Kriżijiet Christos Stylianides, il-Ministru Abela tkellem ukoll dwar l-importanza li jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni speċjalment il-faqar, il-qgħad u d-diżillużjoni fil-ġenerazzjoni żgħażugħa.
Tkellmu wkoll dwar il-qagħda fil-Libja, dwar dak li qed iseħħ fuq ir-rotta migratorja tal-Mediterran Ċentrali, u dwar is-sitwazzjoni f’pajjiżi oħrajn fl-Afrika li għadhom mifnijin mill-kunflitti.
Ritratt: DOI – Clifton Fenech