L-istabbilimenti bilgħaqal; persuna tikser il-kwarantina

Read in English.

Għas-sitt jum konsekuttiv l-ebda stabbiliment tal-ikel ma nstab jikser ir-regolamenti biex jibqgħa magħluq. Persuna waħda nqabdet tikser il-kwarantina obbligatorja.

F’aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-coronavirus il-Gvern qal li fl-aħħar 24 siegħa saru 340 spezzjoni f’Malta u Għawdex f’stabbilimenti tal-ikel.

S’issa saru 5,170 spezzjoni f’Malta u 1,300 f’Għawdex. Wieħed ikun jista’ jirrapporta abbuż fuq 21692447.

Persuna kisret ir-regoli dwar il-kwarantina u ġiet immultata €3,000. Fl-aħħar 24 siegħa saru 492 spezzjoni mill-Pulizija. S’issa b’kollox ingħataw 33 multa.

Helplines tal-Gvern

  • 111 – Għall-persuni li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtieq iktar informazzjoni
  • 25903030 – Għall-anzjani mingħajr sapport li għandhom bżonn mediċini, ikliet lesti jew prodotti tal-ikel (frott u ħaxix)
  • 21411 411 – Għall-persuni fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista
    ta’ ikel u mediċini
  • 153 – Għal dawk li jridu tagħrif dwar il-miżuri fil-pakkett finanzjarju li se jiġu
    amministrati mid-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali
  • 144 – Għal dawk li jridu tagħrif dwar il-miżuri fil-pakkett finanzjarju li se jiġu
    amministrati mill-Malta Enterprise
  • 2204 2200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’wieħed mill-pajjiżi ta’ riskju għoli u jridu jiġu lura Malta