L-Isqof Teuma jqaddes fuq 103

Djoċesi ta’ Għawdex / Anthony Grech

Read in English.

Kull nhar ta’ Ħadd fit-8.00a.m. il-quddiesa fuq 103 Malta’s Heart se tkun iċċelebrata mill-Isqof ta’ Għawdex Dun Anton Teuma. Il-quddiesa se tixxandar mill-Kappella tal-Istitut tal-Familja Ġwanni Pawlu II, fir-Rabat Għawdex.

Din hija waħda mid-diversi tibdiliet li hemm fl-iskeda ta’ 103 Malta’s Heart imnedija nhar it-Tnejn li għadda. F’din l-iskeda se jibqa’ jixxandar il-programm popolari The Handbook. F’dan il-programm se jibdew ikunu mistiedna wkoll sorijiet biex jiddiskutu l-Vanġelu. Sr Rachel se tibda tippreżenta kuljum il-programm Face Truth.

Minn din l-iskeda se jintużaw rekordings ġodda tar-Rużarju li jixxandar fis-7.00p.m.

Innovazzjoni oħra fuq 103 Malta’s Heart hija tax-xandir regolari ta’ messaġġi qsar b’ispirazzjoni nisranija.