L-Isqof Teuma b’risposta dwar il-karatteristiċi tal-qaddisin

Festa-tal-Qaddisin-Kollha-2
Jeremy Scicluna

Read in English.

L-Isqof ta’ Għawdex Dun Anton Teuma qal li l-Beatitudnijiet huma r-risposta għall-mistoqsija dwar liema kienu l-karatteristiċi li l-qaddisin għexu fil-ħajja tagħhom.

Fl-Omelija tiegħu fis-Solennità tal-Qaddisin Kollha, il-Ħadd li għadda, l-Isqof Teuma għamel kummentarju tal-Vanġelu tal-Beatitudnijiet u qal kif aħna wkoll għandna nimitawhom biex ikollna l-paċi li nixtiequ f’ħajjitna.

Fil-Katidral ta’ Għawdex, l-Isqof ta spjega qasira tal-Beatitudnijiet li huma:

  • “Henjin il-foqra”
  • “Henjin l-imnikkta għax huma jkunu mfarrġa”
  • “Henjin ta’ qalbhom ħelwa”
  • “Henjin dawk li huma bil-ġuħ u bil-għatx tal-ġustizzja, għax huma jkunu mxebbgħa”
  • “Henjin dawk li jħennu, għax huma jsibu ħniena”
  • “Henjin dawk li huma safja f’qalbhom”.
  • “Henjin dawk li jġibu l-paċi, għax huma jissejħu wlied Alla”.
  • “Henjin dawk li huma ppersegwitati minħabba l-ġustizzja”.

Tista’ taqra l-Omelija sħiħa hawn.