L-Isqof ta’ Limburg se jagħmel żmien barra d-Djoċesi

L-Isqof tad-Djoċesi ta' Limburg Franz-Peter Tebartz-van Elst se jagħmel xi żmien barra d-Djoċesi fuq struzzjonijiet mis-Santa Sede.

F'komunikazzjoni li ħarġet illum mill-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede ntqal li l-Papa kien kontinwament infurmat dwar is-sitwazzjoni f'din id-djoċesi u ġie konkluż li l-Isqof Franz-Peter Tebartz-van Elst ma jibqax inkarigat mill-Ministeru Episkopali tiegħu għal xi żmien.

Dan sakemm joħorġu r-riżultati u ssir analiżi kompluta dwar il-bini tar-residenza tal-istess Isqof.

Fuq deċiżjoni tas-Santa Sede, Stadtdekan Wolfgang Rosh inħatar bħala Vigarju Ġenerali u se jkun qed jamministra d-djoċesi ta' Limburg fl-assenza ta' Isqof tad-Djoċesi.