L-Isqof Scicluna mistenni jmexxi sakemm jinħatar Arċisqof ġdid

Sorsi qrib il-Vatikan qalu ma’ Newsbook.com.mt, li Mons. Charles Scicluna mistenni jingħata r-responsabbiltà tat-tmexxija tal-Knisja f’Malta bħala Amministatur, sakemm jinħatar Arċisqof ġdid.
Is-sorsi qalu li hekk kif il-Papa jaċċetta r-riżenja tal-Arċisqof Pawlu Cremona, jinbeda proċess biex jinħatar is-suċċessur tiegħu.
Intant il-ħidma tal-Knisja f’Malta mistennija tkompli b’mod normali taħt it-tmexxija tal-Isqof Charles Scicluna.
Fir-rwol ta’ amministratur, l-Isqof Scicluna jieħu ħsieb il-ħidma tal-Knisja f’Malta filwaqt li deċiżjonijiet dwar inizjattivi ġodda jittieħdu ladarba jinħatar Arċisqof ġdid.
Aktar kmieni, Newsbook.com.mt ħabbar li għada filgħodu se tissejjaħ konferenza tal-aħbarijiet dwar il-kariga tal-Arċisqof Pawlu Cremona.

Ritratt: Photocity