L-Isqof Scicluna jistieden lill-ġurnalisti għall-Velja

Wara l-qtil brutali tal-ġurnalist Amerikan James Foley fl-Iraq, fuq Twitter, l-Isqof Awżiljaru Charles Scicluna qed jistieden lill-ġurnalisti Maltin  u dawk kollha li jaħdmu fil-midja biex għada l-Ġimgħa jingħaqdu fis-Santwarju tal-Mellieħa għall-velja ta’ talb għall-paċi fid-dinja u għall-Insara ppersegwitati.
It-talb talb għal dawn il-ħames intenzjonijiet: l-Insara ppersegwitati fid-dinja, dawk li qed ibatu minħabba l-ġlied fil-Libja u fil-pajjiżi Afrikani, l-vittmi tal-kunflitt f’Iżrael u t-territorju Palestinjan, dawk li qed isofru l-vjolenza fl-Iraq u s-Sirja, u l-vittmi tal-kunflitt fl-Ukraina.
It-talb se jkun offrut għall-Insara ppersegwitati, dawk li qed ibatu minħabba l-ġlied fil-Libja u fil-pajjiżi Afrikani, l-vittmi tal-kunflitt f’Iżrael u t-territorju Palestinjan, dawk li qed isofru l-vjolenza fl-Iraq u s-Sirja, u l-vittmi tal-kunflitt fl-Ukraina.
L-attività Djoċesana se titmexxa mill-Arċisqof Pawlu Cremona u l-Isqof Awżiljarju Charles Scicluna fil-presenza tan-Nunzju Appostoliku Aldo Cavalli u l-Isqof Awżiljarju tal-Lviv fl-Ukraina, Mons. Venedykt Aleksiychuk.
Il-velja ta’ talb se ssir fil-bitħa tas-Santwarju tal-Madonna fil-Mellieħa, fis-7:00 p.m.