L-Isqof Scicluna jinħatar President ta’ Kulleġġ Speċjali tal-Vatikan

Il-Papa ħatar lill-Isqof Charles Scicluna bħala President ta’ Kulleġġ Speċjali fi ħdan il-Vatikan li se jistudja l-appelli dwar offiżi serji minn reliġjużi.
Il-Kulleġġ immexxi mill-Isqof Scicluna se jkollu erba' Kardinali u żewġ Isqfijiet bħala membri, li se jistudjaw l-appelli imressqa quddiem il-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi.  
Fi stqarrija tal-Vatikan, ġie spjegat li l-Kulleġġ li se jmexxi l-Amministratur Appostoliku ta’ Malta, se jassigura li l-appelli jiġu eżaminati b’iktar effiċjenza wara li tkun saret riflessjoni dettaljata.