L-Isqof Scicluna jikkonċelebra quddiesa bil-Malti fil-grotta ta’ Lourdes

L-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna dalgħodu fit-tmienja w’nofs ikkonċelebra quddiesa bil-Malti fil-grotta ta’ Lourdes. Fuq it-twitter tiegħu, Monsinjur Scicluna qal li talab għall-ħbieb kollha ta’ dawk preżenti għall-Ewkaristija, għall-Knisja u anke għall-paċi fid-dinja.

Grupp t’ aktar minn tlett mitt pellegrin minn Malta qed jieħdu sehem f’pellegrinaġġ organizzat mill-Assoċjazzjoni Voluntarji Lourdes, b’numru ta’ persuni li huma wkoll morda. Ta’ kull sena, l-Assoċjazzjoni ttella’ numru ta’ persuni morda minn Malta għal żjara f’Lourdes fejn il-Madonna dehret lil Bernardette Soubirous, bl-ewwel dehra seħħet fil-11 ta’ Frar, 1858.

Ta’ kull sena jkunu diversi dawk il-Maltin li jżuru Lourdes f’wieħed mill-pellegrinaġġi li diversi gruppi u aġenziji jorganizzaw.

 

Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni Kurja