Awdjo: L-Isqof Mario Grech President tal-Konferenza Episkopali Maltija

F’laqgħa li saret dalgħodu fin-Nunzjatura Appostolika, ir-Rabat, ġie deċiż li l-Isqof ta’ Għawdex, Monsinjur Mario Grech se ikun il-President tal-Konferenza Episkopali Maltija għat-tliet snin li ġejjin. Għal dawn l-aħħar sitt snin, il-President tal-Konferenza Episkopali kien l-Arċisqof ta’ Malta, Monsinjur Pawlu Cremona.

Fi stqarrija tal-Kurja, ġie spjegat li l-Konferenza Episkopali hija l-ogħla organu tal-Provinċja Ekkleżjastika Maltija (Malta u Għawdex), u hija ffurmata minn:

Mons. Mario Grech, Isqof ta' Għawdex (President)

Mons. Pawlu Cremona, Arċisqof ta' Malta

Mons. Aldo Cavalli, Nunzju Appostoliku

Mons. Charles J. Scicluna, Isqof Awżiljarju ta' Malta

Mons. Ġużeppi Mercieca, Arċisqof Emeritu

Mons. Joe Magro (Segretarju)

Fi stqarrija, il-Kurja qalet li matul l-istess laqgħa ġie deċiz ukoll li nhar il-Ħadd 8 ta’ Settembru 2013, fil-knejjes kollha f’Malta u f’Għawdex, tkun ċċelebrata l-liturġija tal-festa tat-twelid ta’ Ommna Marija Bambina (il-Vitorja). 

Ritratti: Photocity