L-Isqof Mario Grech iwissi kontra d-diżonestà amministrattiva

F’omelija li għamel dan l-aħħar, l-Isqof Mario Grech spjega kif bħala l-egoiżmu tal-bniedem iwassalu biex jamministra l-ħwejjeġ afdati lilu skont l-interessi personali tiegħu.

L-Isqof Mario Grech kompla jgħid li s-serq għandu diversi forom u li f’soċjetà li tiftaħar bis-suq ħieles, faċli li wieħed jaħseb li
huwa ħieles li jitlob ħlas kemm irid għall-oġġetti jew is-servizzi li
joffri lill-oħrajn. Huwa tenna li normali li jkun hemm il-profitti, imma dawn iridu jkunu ġusti u raġjonevoli, altrimenti din tkun amministrazzjoni diżonesta.

L-Isqof Grech temm jgħid li aspett ieħor importanti fl-amministrazzjoni huwa li wieħed joffri oġġetti u servizzi ta’ kwalità tajba li jkunu jirrifletti l-prezz mitlub inkella dan ikun qerq.