L-Isqof Frendo maħtur President tal-Konferenza Episkopali Albaniża

Mons. George Frendo, Arċisqof fl-Albanija nħatar illum bħala l-President il-ġdid tal-Konferenza Episkopali fl-Albanija (KISH).
Dan seħħ waqt il-laqgħa tal-istess konferenza fejn ġie appuntat il-grupp ġdid ta’ mexxejja ta’ din l-unjoni ekkleżjali.
L-Isqof tal-Albanija t’Isfel, Giovanni Peragine, inħatar bħala l-Viċi President, filwaqt li l-Isqof ta’ Rrëshen, Gjergj Mera laħaq segretarju.