L-Isqof Charles J Scicluna jittwitja dwar każ ta’ ‘cyber bullying’

Fl-ewwel tweets tiegħu fl-aħħar jiem, l-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali ta’ Malta, Monsinjur Charles J Scicluna għażel li jitratta mhux biss realtajiet fil-ħajja tal-Knisja, iżda wkoll temi kurrenti fosthom l-inkwiet fl-Eġittu, il-persekuzzjoni tal-insara u l-mewt ta’ żagħżugħ Skoċċiż li kien vittma ta’ cyber bullying.

Mons. Scicluna ilu fuq Twitter għal dawn l-aħħar ġimgħat, bit-twitter handle tiegħu huwa @BishopScicluna.

Fil-blogg tiegħu fuq Newsbook.com.mt, l-Isqof Scicluna qal li kienet l-esperjenza tiegħu fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Rio de Janeiro, il-Brażil, li wasslitu li jiddeċiedi li jkun preżenti fuq netwerk tal-midja soċjali.

Huwa awgura li permezz ta’ din l-esperjenza ġdida, ikun jista’ jaqsam il-ħsibijiet tiegħu u fuq kollox jisma’ lil dawk li jkunu qed isegwuh, kemm fuq Twitter kif ukoll fuq il-blogg tiegħu.

 

Ritratt: Photocity, Valletta