L-Isqof Charles J Scicluna jitwittja dwar l-Eġittu

L-Isqof Awżiljarju Charles J Scicluna f’messaġġ fuq Twitter jitkellem dwar is-sitwazzjoni fl-Eġittu. Huwa jiddeskrievi l-Eġittu li jinsab f’xifer gwerra ċivili, bħala l-art li tat kenn lil Ġesu’. Fil-messaġġ tiegħu, l-Isqof Scicluna jesprimi t-tama li l-Eġittu isib il-paċi dejjiema, l-armonija soċjali, is-sigurtà u fuq kollox it-tolleranza bejn il-poplu Eġizzjan.

Huwa jagħlaq il-messaġġ tiegħu fuq Twitter billi jitlob lil Alla ikollu ħniena mill-poplu tal-Eġittu u sabiex ifejjaq dawn il-feriti.

Intant l-aħħar aħbarijiet mill-Eġittu jitkellmu wkoll dwar il-biża' li qed jgħaddu minnha l-Insara li jgħixu f'dan il-pajjiż.