L-Isqof Barbara se jingħata l-aħħar tislima fil-Katidral tal-Imdina

Il-funeral tal-Isqof Emanuel Barbara ser isir nhar is-Sibt 27 ta’ Jannar fil-Katidral tal-Imdina.
Huwa miet, fl-età ta’ 68 sena fir-residenza tiegħu f’Malindi fil-Kenja nhar il-5 ta’ Jannar.
L-Isqof Barbara, magħruf għall-ħidma tiegħu, speċjalment mat-tfal u man-nies foqra, diġà ngħata l-aħħar tislima fid-djoċesi tiegħu iżda issa se jkun qed jinġieb Malta.
Nhar il-Ġimgha 26 ta' Jannar 2018, se ssir Velja bit-Talba tal-Għasar tal-Mejtin għar-ruħ l-Isqof Barbara fil-knisja tas-Salib Imqaddes, tal-Kapuccini, fil-Furjana. Din tibda fis-7pm.
L-għada, fis-2pm se jkun qed jingħata l-aħħar tislima b’quddiesa mmexxija mill-Arċisqof Charles Scicluna.
Aktar kmieni dan ix-xahar, miet ukoll l-Isqof Adeodato Micallef li kien serva l-missjoni tiegħu fil-Kuwajt.