L-Isqof Awżiljarju Mons. Scicluna se jattendi l-quddiesa inawgurali tal-Pontifikat tal-Papa Franġisku

Għada fid-disa’ u nofs ta’ filgħodu fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, se ssir il-Quddiesa inawgurali fil-bidu tal-Pontifikat tal-Papa Franġisku.

L-Isqof Awżiljarju u Vigarju ta’ Malta, Mons. Charles J. Scicluna ser ikun qed jattendi f’isem il-Konferenza Episkopali Maltija.

L-Isqof Charles J. Scicluna jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu għall-fatt li għal din iċ-ċelebrazzjoni, il-poplu Malti ser ikun rappreżentat mill-ogħla awtoritajiet tal-Istat: il-President ta’ Malta Dr George Abela, il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Lawrence Gonzi.

Newsbook.com.mt se jżommkom aġġornati b’kollegamenti diretti mill-pjazza tal-Vatikan.