L-Isqof Awżiljarju b’quddies għall-vittmi taż-żewġ Gwerrer Dinjija

Read in English.

Fl-okkażjoni ta’ Jum it-Tifkira se ssir quddies konċelebrata fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, immexxija mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi.

Il-quddiesa se tibda’ fid-9:15am u se tkun qed tixxandar live fuq is-sit ta’ Newsbook.com.mt.

Għada se jitfakkru l-vittmi kollha taż-żewġ Gwerer Dinjija fost il-pajjiżi kollha tal-Commonwealth. Qabel il-quddies il-President ta’ Malta George Vella se jispezzjona Gwardja tal-Unur mill-Forzi Armati ta’ Malta.

Wara l-quddies se ssir ċerimonja wkoll ħdejn il-Monument tal-Gwerra, fil-Furjana. Il-Forzi Armati ta’ Malta u Kontinġent mill-Korp tal-Pulizija se jifformaw flimkien Gwardja tal-Unur għal matul iċ-ċerimonja tat-tqegħid ta’ kuruni. Jieħu sehem ukoll kontinġent ta’ eks servicemen mir-Royal British Legion flimkien ma’ organizazzjonijiet oħra.