L-Isqof Awżiljarju bi blog fuq Newsbook

Mil-lum l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna beda jagħti l-kontribut regolari tiegħu permezz tal-blogs fuq www.newsbook.com.mt.

Fl-ewwel artiklu tiegħu, l-Isqof Scicluna isellem lill-Papa Benedittu Sittax. Jispjega kif ir-riżenja tal-Papa hija terremot kbir kemm fil-Kurja Rumana, kif ukoll fil-Knisja Kattolika.

Dwar il-kundizzjoni ta’ saħħtu li wasslet lill-Papa biex jirreżenja, l-Isqof Scicluna jgħid li kulħadd jammiraw u jirrispetta l-analiżi onesta li għamel il-Papa Benedittu XVI. Jgħid li din wasslitu għad-deċiżjoni li ħa quddiem Alla b’kuxjenza safja.

Il-blog sħiħa tal-Isqof Scicluna tista’ taqraha hawn: http://www.newsbook.com.mt/blogg/2013/2/14/tislima-lil-benedittu-xvi.3947#.UR0H5x0qbfI