L-Isqfijiet Maltin se jattendu l-mixja favur il-ħajja

L-Arċisqof Charles Scicluna u l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech ħabbru li se jattendu l-manifestazzjoni favur il-ħajja li se ssir il-Ħadd li ġej.
Dan qaluh fuq Twitter fejn talbu lill-“bnedmin kollha ta’ rieda tajba” sabiex jattendu din il-mixja li se tibda fl-4pm minn Kastilja u tibqa’ sejra sal-Parlament.
Il-mixja qed issir bħala risposta għall-emendi proposti mill-Gvern dwar l-Att għall-Protezzjoni tal-Embrijuni. Il-proposti jinkludu li l-embrijuni se jiġu ffriżati biss jekk il-koppja tagħti l-kunsens għall-addozzjoni u li se ssir konsultazzjoni pubblika biex il-kiri tal-ġuf ma jibqax kontra l-liġi f’xi każijiet.
Matul il-mixja, dawk preżenti se jintalbu jżommu bżieżaq bojod li jirrappreżentaw lill-embrijuni, filwaqt li qed jintalbu jieħdu magħhom żraben tat-trabi sabiex jirrappreżentaw it-trabi kollha li qatt mhu se jkunu mwielda. Dawn se jitħallew quddiem il-Parlament.

https://platform.twitter.com/widgets.js

https://platform.twitter.com/widgets.js