L-Isqfijiet Maltin jitolbu lill-Vatikan jintervjeni dwar l-immigranti

Pope Francis gives his weekly general audience at the Vatican
REUTERS/Guglielmo Mangiapane

Read in English.

L-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex talbu lill-Vatikan biex jintervjeni fil-kriżi dwar l-immigranti fil-Mediterran.

F’ittra mibgħuta lill-Kardinal Parolin l-Isqfijiet Maltin talbu lill-Vatikan biex jintervjeni f’din il-kriżi u biex jappella għal soluzzjoni bbażata fuq is-solidarjetà u r-rispett għad-dinjità umana. Parolin huwa s-Segretarju tal-Istat tas-Santa Sede.

L-ittra ġiet iffirmata mill-Arċisqof Charles Scicluna, l-Isqof Mario Grech, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, u s-Segretarju Ġenerali tal-Konferenza Episkopali Fr Jimmy Bonnici.

L-Isqfijiet Maltin iddeskrivew is-sitwazzjoni fl-ibħra qrib Malta bħala waħda “drammatika”. Qalu li hemm 47 persuna abbord dgħajsa tas-salvataġġ fiż-żona tas-salvataġġ Maltija. Qalu li din hija waħda mill-erba’ vapuri li rat il-Frontex fil-11 ta’ April bejn Malta, l-Italja, u l-Libja.

L-Isqfijiet spjegaw li Malta qed tirrifjuta li tħalli l-immgranti biex jinżlu fil-pajjiż minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Madanakollu qalu li talbu lill-awtoritajiet biex jiftħu l-portijiet.

Talbu lill-Vatikan biex jitlob lill-istati membri tal-UE biex jaċċettaw li jilqgħu l-immigranti li jinsabu abbord il-bastiment. Spjegaw li Malta ma tiflaħx li tilqa’ aktar immigranti mingħajr għajnuna – din is-sena waslu madwar 1,200.

Ħames katavri ttellgħu mill-baħar, skont IOM Libja. Fuq Twitter, il-paġna tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Immigrazzjoni (IOM) Libja qalet li madwar 47 immigrant ġew salvati matul il-lejl li għadda baqgħu fuq dgħajsa tal-gwardja tal-kosta qrib Tripli.

Tista’ taqra l-ittra sħiħa minn hawn: