L-Isqfijiet Maltin jibgħatu ittra ta’ ringrazzjament lill-Papa

L-Arċisqof Pawlu Cremona, l-Isqof t’Għawdex Mario Grech u l-Isqof Awżiljajru bgħatu ittra ndirizzata lill-Papa Benedittu XVI fid-dawl tal-aħbar tar-riżenja tiegħu.
Fl-ittra, it-tliet isqfijiet qalu li din l-aħbar tar-riżenja, kienet sorpriża kemm għalijhom kif ukoll għall-poplu Malti kollu.

Fost ir-ringrazzjamenti, l-isqfijiet saħħqu fuq il-kuraġġ tal-Papa. Huma rringrazzjaw lill-Papa għaż-żjara li għamel f’Malta lura fl-2010, kif ukoll għall-kardinal Malti Prospero Grech. Inkludew ukoll ringrazzjamenti għall-beatiffikazzjoni ta’ San Ġorġ.

Fl-għeluq tal-ittra lill-Papa, l-isqfijiet Maltin wiegħdu t-talb tagħhom għal dan iż-żmien ta’ irtir għall-Papa Benedittu XVI.